Luttu fost il-ħaddiema tal-BOV wara l-mewt ta’ Mary Sammut

Il-ħaddiema tal-BOV jinsabu f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ waħda mill-kollegi tagħhom. Mary Sammut kienet deskritta minn sħabha bħala persuna dejjem bi tbissima fuq fommha lesta biex tgħin u tassisti lill-klijenti. Mary kienet omm… kollega… ħabiba sinċiera… persuna li ħalliet impatt kbir fuq il-kollegi tagħha.