Internazzjonali

Nazzjonijiet Uniti: L-Istati Uniti tikkundanna liċ-Ċina dwar l-abbuż tal-Uighur u t-Tibetani

epa08608141 Members of the Uighur community and sympathizers demonstrate at Trocadero square near the Eiffel Tower in Paris, France, 16 August 2020. They are campaigning against what they see as the oppression of the Uighurs in China by the government, as the Chinese government rejects the notion of the Uyghurs being an indigenous group. In the same context? others demonstrate against China's persecution campaign to eliminate the spiritual practice of Falun Gong which began since 1999 against Falun Gong members in China. EPA-EFE/MOHAMMED BADRA

L-Istati Uniti kundannat l-abbuż taċ-Ċina fil-konfront tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fl-artijiet tagħha. Il-messaġġ ta’ kundanna kien enfasizzat waqt diskors lill-Kunsill tad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Uniti u fejn issemmew ‘reati kontra l-umanità u ġenoċidju’ fil-konfront tal-membri tal-komunità (minoranza etnika) fir-reġjun ta’ Xinjiang. Parti mill-kundanna kienet riservata wkoll għar-restrizzjonijiet severi li ċ-Ċina qed timponi għal Tibet.

Mark Cassayre, iċ-charge d’affaires Amerikan, waqt id-diskors lill-Kunsill ikkundanna anki lill-awtoritajiet ta’ Hong Kong dwar l-arrest tal-attivisti demokratiċi ‘li kienu qed jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala persuni ħielsa’. Dan fost l-insistenza biex dawn l-attivisti jinħelsu ‘minnufih’.

Cassayre uża dan id-diskors biex (anki) iħeġġeġ lir-Russja biex teħles lill-Kap tal-Oppożizzjoni – u kritiku ewlieni tal-Kremlin – Alexei Navalny, flimkien ma’ mijiet ta’ nies oħra ‘li qed jinżammu taħt arrest illegalment f’dak il-pajjiż’.

Din mhix l-ewwel darba li l-Istati Uniti ħarġet tikkundanna liċ-Ċina dwar ġenoċidju u ripressjoni tal-Musulmani Uighur f’Xinjiang.

Dan kien l-aktar evidenti meta l-Istati Uniti kienet immexxija mill-eks President Donald Trump u meta l-Gvern Amerikan kien jirreferi għad-‘dokumentazzjoni tal-avvenimenti’ li urew li l-awtoritajiet Ċiniżi ilhom mill-2017 jeskalaw il-kampanja ta’ ripressjoni kontra l-Uighur u l-membri tal-minoranzi l-oħra fiċ-Ċina, inklużi l-komunitajiet tal-Każaki etniċi.

Fl-istess ħin – sa minn qabel l-elezzjoni tal-President Amerikan Joe Biden — l-uffiċjali nkarigati mill-kampanja tal-Partit Demokratiku għall-Presidenza kienu diġà dikjaraw ‘li l-ġenoċidju tal-Uighur laħaq qabad spinta sew f’Xinjiang.’