Lokali

“Nisħaq biex ir-roll-out tal-vaċċin ikun mgħaġġel u trasparenti” – Bernard Grech

Permezz ta’ post fuq Facebook il-Kap tal-PN Bernard Grech tenna li jeħtieġ li r-roll-out tat-tilqima għandha ssir bla żbalji, b’pass mgħaġġel u trasparenti.

“Fl-aħħar 24 siegħa, 5 persuni mietu bil-COVID-19 fosthom raġel ta’ 38 sena u mara ta’ 47 sena. Persuni iżgħar fl-età qed jitilfu ħajjithom tort tal-virus qerriedi”

Il-Kap tal-PN qal li se jkompli jinsisti li ssir inkjesta indipendenti sabiex insiru nafu minn ħa l-vaċċin kellux dritt għalih. Inkjesta li qed jitlobha biex isserraħ ras in-nies li kollox qed isir above board.

Huwa qal li l-Prim Ministru mhux talli ma semax mill-esperti, imma talli keċċa u warrab lil dawk li ma qablux miegħu. Ir-riżultat ta’ dan qed ibati l-konsegwenzi tiegħu l-poplu Malti u Għawdxi.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1088892694955368