Lazio rritornaw għar-rebħ wara t-telfa tal-ġimgħa li għaddiet kontra Juventus meta fi Stadio Olimpico għelbu lit-tim ta’ qiegħ il-klassifika Crotone.
SERGEJ MILINKOVIC-SAVIC fetaħ l-iskor għal Lazio wara 14-il minuta b’konklużjoni mill-ewwel fuq cross ta’ Stefan Radu. Crotone wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs fid-29 minuta permezz ta’ konklużjoni minn barra l-kaxxa ta’ SIMY. Għaxar minuti wara, LUIS ALBETO b’xutt mid-distanza reġa tefa’ lil Lazio fil-vantaġġ għal 2-1. Fit-tieni taqsima, Crotone ħarġu fuq l-offensiva u kien fid-49 minuta li ngħataw penalty meta Fares waqqa lil Messias fil-kaxxa. Minn ħdax-il metru, SIMY ma żbaljax għal 2-2. Il-gowl li kellu jagħti rebħa importanti lil Lazio wasal sitt minuti mit-tmiem meta wara li x-xutt ta’ Escalanter kien imblukka, kien FELIPE CAICEDO li kkonkluda għal 3-2.
Atalanta wkoll irritornaw għar-rebħa wara t-telfa kontra Inter, meta f’darhom għelbu lil Spezia 3-1. Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima hekk kif kien MARIO PASALIC li fetaħ l-iskor fit-53 minuta. Atalanta għamluhom 2-0 żewġ minuti wara meta kien LUIS MURIEL li b’xutt mid-distanza għeleb lil Zoet. PASALIC skorja t-tieni gowl tiegħu il-partita u t-tielet wieħed fil-partita fit-73 minuta meta kkonkluda fuq pass ta’ Zapata. ROBERTO PICCOLI naqqas l-iskor għal Spezia fit-82 minuta b’konklużjoni mill-viċin.
SERIE A
Illum: Lazio v Crotone 3-2, Atalanta v Spezia 2-1 Għada: Sassuolo v Verona 3.00pm, Benevento v Fiorentina 6.00pm, Genoa v Udinese 8.45pm Il-Ħadd: Bologna v Sampdoria 12.30pm, Parma v Roma 3.00pm, Torino v Inter 3.00pm, Cagliari v Juventus 6.00pm, Milan v Napoli 8.45pm
//= $special ?>