Il-President Amerikan, Joe Biden, qed jittama li l-Istati Uniti ‘tiċċelebra l-indipendenza’ mill-Covid-19 fl-4 ta’ Lulju li ġej (Jum l-Indipendenza għall-Amerikani) u ladarba n-nies iwieġbu bi ħġarhom għall-programmi tat-tilqim fid-diversi Stati.
Fl-ewwel indirizz ‘primetime’ bħala President, Biden qal li se joħroġ direttivi biex l-Istati Amerikani kollha jaċċertaw li l-adulti kollha jkunu eliġibbli għat-tilqim sal-Ewwel ta’ Mejju. Dan meta l-miżuri attwali dwar it-tilqim qed jagħtu priorità lin-nies fuq kriterji ta’ età u kundizzjonijiet tas-saħħa.
Il-President Amerikan għamel dan id-diskors fl-ewwel anniversarju ta’ meta l-coronavirus ġie dikjarat bħala pandemija globali. Dan meta fl-aħħar xhur, l-iskejjel u n-negozji fl-Istati Uniti ma fetħux, fost enfasi biex in-nies ikunu separati minn ma’ xulxin bħala miżura biex il-virus ma jiċċirkulax aktar.
Hu minnu li, sallum, mietu man-nofs-miljun Amerikan mill-Covid-19 – b’dan l-ammont ta’ vittmi ikun akbar miċ-ċifri ‘ikkombinati’ tal-Amerikani li kienu mietu fiż-żewġ Gwerer Dinjija u l-Gwerra tal-Vjetnam.
//= $special ?>