Il-ħaddiema tas-saħħa kienu sfurzati jiftħu s-sitt ITU wara li l-każijiet kritiċi ta’ persuni li qed jintlaqtu mill-COVID-19 qed ikomplu jiżdiedu.
Wara inqas min 48 siegħa… kellha tiftaħ ir-raba’ ITU li tieħu ħsieb biss pazjenti pożittivi għall-COVID-19 li jkollhom bżonn kura intensiva. B’kollox bħalissa hemm 6 żoni tal-kura intensiva fosthom waħda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dan kollu jikkonferma l-istejjer li ħareġ netnews dwar il-pressjoni kbira li iktar ma jmur iktar qed tiżdied fuq il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa b’mod partikolarti dawk fit-Taqsima tal-Emerġenza u tal-ITU.