Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ diversi serqiet u frodi

Tuneżin ta’ 30 sena residenti Tal-Pietà, ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament wettaq diversi serqiet u froda diversi persuni.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet konġunti mill-Pulizija tad-Distretti ta’ San Ġiljan, ta’ Birkirkara kif ukoll tal-Belt Valletta fuq rapporti ta’ serq u frodi, ġie identifikat l-allegat ħalliel.

Ilbieraħ, ir-raġel ġie arrestat minn residenza fi Triq Nazju Ellul, il-Gżira. Minn tfittxijiet li saru fir-residenza u fil-vettura tiegħu, instabu diversi oġġetti li kienu rrapurtata nieqsa.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D.