Lokali

Dak li qal il-Koħħu hu “theżżiża qawwija”

L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien fost dawk li rreaġixxew għal dak li ħareġ fl-aħħar jiem mix-xhieda ta’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu… xhieda li fiha Muscat tkellem dwar meta kien iwassal lil Alfred Degiorgio… biex jiltaqa’ mal-eks Ministru Chris Cardona, kif ukoll allegazzjonijiet oħra dwar l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat.. Keith Schembri u l –avukat David Gatt.

Alfred Degiorgio… flimkien ma’ ħuh George jinsab akkużat bil-qtil ta’ Caruana Galizia. Il-Kohhu diga’ ammetta l-akkuzi kontrih…bl-eks Deputy Leader Laburista jghid li dak li ntqal fuqu fil-Qorti mhuwiex minnu.

Premezz ta’ messagg fuq il-media socjali, Lawrence Gonzi qal li dak li ħareġ mix-xhieda fil-Qorti huwa tħeżżiża qawwija għal kull min huwa ġust u jħobb lil pajjiżna. L-eks PM qal illi jinħtieġ sforz akbar minn kulħadd biex din l-għaqbuta ta’ ħażen tinkixef kollha u ssir ġustizzja.

Lawrence Gonzi stqarr li ma nistgħux nibqgħu ċassi quddiem l-allegazzjonijiet li qed isiru. Bl-avukat Edward Debono…illi kien mistieden fil-programm Net Live, jinsisti illi dak li ħareġ mill-Qorti hu xokkanti.

Edward Debono qal ukoll li Chris Cardona inqabad f’nasba meta tkellem mal-Lovin Malta u qal li dan hu parti minn frame up li pruvaw jagħmlulu qabel l-2017

Debono qal li allura issa Chris Carodna jrid jgħidilna meta sar jaf li kien hemm frame up fuqu, min hu involut fih, min infurmah li kien qed isir frame up fuqu u x’passi ħa minn dakinhar ‘l hawn… għax s’issa ma nafux li ħa xi ħassi kontra xi ħadd fuq dan l-allegat frame up.

Hu staqsa kif inhu possibbli li jekk verament sar attentat ta’ frame up fuq Chris Cardona… l-eks deputat mexxej u ex Ministru Laburista baqa’ qatt ma ħa passi.

Dwar dawn l-iżviluppi u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-Prim Ministru Robert Abela, tkellem ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech… waqt interivsta li ta’ lill-gazzetta Illum.