Għall-ħabta tas-13.15, il-Pulizija kienet infurmata li seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq l-Oratorju f’Bormla.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar jidher li raġel mgħammad u allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 61 sena residenti Marsaxlokk.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett u mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri.