Lokali

“Il-Covid-19 ħaditli lil ommi li kienet f’saħħitha” – Leah Sammut

Waħda mill-5 vittmi tal-COVID-19 li tilfu ħajjithom bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, kienet Mary Sammut ta’ 47 sena li sfortunatament mietet f’dahra.

F’kumment li tat lit-Times of Malta, Leah Sammut, bintha, stqarret li ommha marret torqod iżda l-għada filgħodu ma qamitx.

“Ma nistax npoġġi s-sentimenti tiegħi fi kliem” stqarret Leah Sammut.

Bintha kompliet tistqarr kif ommha kellha ftit sogħla u ddeċidiet li tmur tagħmel test li sfortunatament ħareġ pożittiv.

“Kulma nafu hu li ommi mietet minħabba kumpliazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-COVID-19”.

Leah Sammut saħqet li ommha kienet tħobb tagħmel il-ganutell, lacemaking u anke tmur għall-mixjiet.