Sport Sport Ieħor

Illejla jittellgħu l-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Illejla se tkun qed tittellgħa l-61 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali hekk kif l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif se tkun qed tittellgħa b’mod konġunt bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u SportMalta kienu kostretti li jwasslu din l-edizzjoni b’verżjoni differenti kif imdorrija s-soltu.

L-Edizzjoni ta’ din is-sena li se tkun qed tippremja l-aħjar u l-aqwa kisbiet matul is-sena 2020 se tkun qed tixxandar fuq TSN1, fuq il-pjattaforma ta’ Melita u Go, kif ukoll fuq Facebook live permezz tal-paġni Malta Sports Journalists Association kif ukoll Be Active SportMalta. Se jkun hemm trażmissjoni diretta ukoll fuq il-Youtube channel Xandira live. L-avveniment jibda fit-8pm b’format ta’ programm Televiżiv bil-mistiedna fosthom il-finalisti jingħaqdu f’kollegament virtwali permezz tal-pjattaforma zoom.  Is-serata ta’ din is-sena se tkun ippreżentata minn Lorraine Cunningham u Chris Cauchi.

Il-finalisti għal din is-serata huma:

Sportiv tas-Sena: Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Dejan Grech (Pool), Ben Plumpton (Waterpolo)

Sportiva tas-Sena: Sue Abela (Ten Pin Bowling), Haley Bugeja (Futbol), Sacha Gatt (Għawm)

Għaż-Żagħżugħ tas-Sena: Kayden Lagana (Ten Pin Bowling), Richard Schultheis (Ibburdjar), Kijan Sultana (Squash)

Għaż-Żagħżugħa tas-Sena: Hailet Bugeja (Futbol), Tenishia Thornton (Weightlifting), Tara Vella Clark (Ġinnastika)

Kowċ tas-Sena: Jesmond Caruana (Weightlifting), Devis Mangia (Futbol), Dorian Pisani (Waterpolo)

Uffiċjal ta-Sena: Vincent Degiorgio (Malta Pool), Andy Grech (Athletics Malta), Joseph Muscat (Malta Basketball Associtation)

Tim tas-Sena: Tim NazzjonalI tan-nisa (Futbol), Luxol Futsal Club (Futsal), Elusive II (Ibburdjar)