Tard illejla tħabbret il-mewt tal-kummnetatur leġġendarju tal-Formula 1 Murray Walker fl-età ta’ 97 sena.
Walker beda l-karriera tiegħu bħala kummentatur fl-1948 iżda kien meta beda jikkumenta t-tlielaq tal-Formula 1 fl-1978 fejn hu għamel isem għalih innifsu hekk kif sar sinonimu mat-tlielaq ta-Forumla 1. Hu rtira fl-2001 fil-Grand Prix tal-Istati Uniti.
F’intervistà li saritlu fl-2011, Walker qal li hu kien konxju li xogħlu mhux biss kien li jinforma iżda wkoll li jżomm lill-udjenza attenta u li tieħu pjaċir li tisma’ l-kummentarju tiegħu.
//= $special ?>