Coronavirus Lokali Saħħa

Imutu 9 persuni f’jumejn kawża tal-Covid-19

Huma 298 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 26,267.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn l-Ġimgħa u s-Sibt tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 4 persuni; żewġt irġiel ta’ 72 u 74 sena waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, mara ta’ 80 sena li kienet rikoverata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u anzjana ta’ 86 sena li mietet fir-residenza tagħha.

Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 350.

Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 338– bit-total ikun dak ta’ 22,773.

B’hekk il-każi attivi issa qed jammonta għal 3,144.

Sal-Ġimgħa t-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 38,333.