Il-Bord tad-Diretturi tal-APS Bank plc ltaqa’ fil-11 ta’ Marzu 2021 u approva r-Rapport Annwali u rRapporti Finanzjarji Verifikati għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Grupp APS irreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ €15.8 miljun (2020: €26.8 miljun), waqt li r-riżultat tal-Bank qabel it-taxxa kien
ta’ €15.5 miljun (2020: €21.6 miljun).
Id-dirretturi qalu li l-prestazzjoni pożittiva tal-Grupp tikxef kemm, minkejja ċ-ċirkostanzi ekonomiċi bla preċedent, il-Bankhuwa reżiljenti quddiem il-ħafna sfidi li ġ ab il-COVID-19. Matul il-fażijiet differenti tal-pandemija, ilBank kompla jsostni lill-klijenti personali u kummerċjali tiegħu b’appoġġ ta’ kreditu u moratorji.
Żamm miftuħa l-aċċessibilità għall-fergħat tiegħu waqt li saħħaħ u tejjeb id-disponibilità għall-kanali diġitali.
Waqt li kien għaddej dan kollu, il-Grupp kien qiegħed jinvesti bil-kbir biex jipproteġi s-sikurezza u lbenesseri tal-impjegati u tal-klijenti tiegħu, waqt li baqa’ joffri appoġġ lill-komunità bil-prodotti tiegħu u bl-impenn tiegħu lejn ir-responsabbilta’ soċjali (CSR).
Marcel Cassar, Kap Eżekuttiv, ikkummenta hekk: “Minkejja li l-preżenza ta’ vaċċin effettiv hija sinjal pożittiv għall-bniedem, ir-ritorn għal negozju normali għadu ’l bogħod. Hekk kif il-moratorji fuq is-self
u l-assistenza tal-gvernijiet u l-banek tkompli tiġi estiża fl-2021, ix-xhur li ġejjin ser ikunu kritiċi sabiex wieħed jevalwa l-livell ta’ riskju li jrid jittieħed u kemm ser ikun b’saħħtu l-irkupru ekonomiku.
Dan kollu jippreżenta ruħu bħala numru ta’ sfidi u responsabilitajiet ġodda għal APS Bank, bħala wieħed mill-iktar pedini importanti fis-sistema Maltija. Fl-2020 komplejna l-ħidma biex inwessgħu l-medda talprodotti tagħna, insaħħu l-pjattaformi teknoloġiċi, nifirxu iżjed is-suq li nilħqu, u ntejbu l-istandards tal-governanza – dan kollu biex inkunu kolonna li n-negozji u l-familji Maltin jistgħu jserrħu fuqha.
Kellna l-aħjar riżultati possibbli f’dawk li x’aktarx huma l-aktar ċirkostanzi diffiċli meta tikkunsidrabanek Ewropej bħalna u l-previżjonijiet tagħna stess.”

Biex tara r-Rapport Annwali tal-APS Bank għall-2020, agħfas hawn.
//= $special ?>