Il-pandemija tal-Covid-19 ġabet tbatija fuq kulħadd u fuq il-pajjiżi kollha. Iżda wħud mill-pajjiżi qed ibatu germ aktar minn oħrajn, speċjalment pajjiżi fejn hemm il-faqar.
Il-Maratona ġbir ta’ fondi ta’ Missio Malta bit-tema Hope jew tama għandha l-għan li tiġbor flus biex tgħin ittaffi t-tbatijiet li għaddejjin minnhom pajjiżi aktar foqra minnha, kif spjegalna Robert Farrugia, il-Kap tal-Kommunikazzjoni ta’ din l-organizzazzjoni.

Robert Farrugia qal li maratoni bħal din iservu wkoll biex juru lill-poplu Malti fejn qed imorru l-flus tad-donazzjonijiet li qed jagħtu.
Il-Maratona, li qed tixxandar fost l-oħrajn fuq NET Television, tintemm f’nofsillejl.
//= $special ?>