Lokali

MŻPN juru l-apprezzament tagħhom lill-frontliners

Aktar kmieni llum membri tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista MŻPN urew l-apprezzament tagħhom għall-ħidma tal-frontliners, speċjalment matul il-pandemija tal-COVID-19. Numru ta’ żgħażagħ minn din il-fergħa żaru ħaddiema tat-taqsima tal-kura intensiva kif ukoll għadd ta’ swali oħrajn fl-Isptar Mater Dei sabiex iqassmu lill-ħaddiema għadd ta’ ħlewwiet u jirringrazzjawhom personalment tas-sagrifiċċji tagħhom.

Membri mill-MŻPN qalu li dan il-ġest ta’ ringrazzjament m’huwa xejn ħdejn il-ħidma li l-frontliners kollha jagħmlu, speċjalment matul din l-aħħar sena hekk kif ħidmiethom qed napprezzawha aktar minn qatt qabel.