“Spiċċajna f’lockdown ieħor. U l-ħsara li qed issir hija waħda kbira ħafna.”
Dikjarazzjoni ċara mll-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) Tony Zahra wara li din il-ġimgħa erġajna morna għall-istess miżuri li kienu tħabbru sena ilu.
Anke l-UĦM u ċ-Chamber of SMEs huma mħassba b’dan it-tieni lockdown.
Paul Abela, President tal-Kamra tan-Negozji Zghar u Medji, spjega ma’ Net News l-importanza li jitħarsu l-postijiet tax-xogħol f’dan iż-żmien ta’ sfidi kbar. Il-Kamra tal-Negozji Żgħar u Medji qed tappella wkoll biex jitħaffef il-proċess ta’ tilqim.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella spjega ma’ dan is-sit kif fost l-imsieħba soċjali bħalissa hemm element ta’ frustrazzjoni għax min-naħa tagħhom kienu ilhom għal żmien twil javżaw lill-Gvern li pajjiżna kien se jispiċċa f’din is-sitwazzjoni.
Thassib espress ukoll mill-Kamra tal-Kummerċ, bill-Preisdent tal-Malta Chamber David Xuereb ikellimna dwar l-inċertezza li teżisti fuq dak li se jiġri wara li jitneħħew dawn il-miżuri.
//= $special ?>