Rugby Sport

Wales viċin l-Grand Slam wara r-rebħa fuq l-Italja

(Ritratt: EPA)

Wales jinsabu partita biss l-bogħod mill-Grand Slam wara li għelbu lil Italja 48-7, biex b’hek jilgħabu kontra Franza fl-aħħar partita l-ġimgħa d-dieħla.

Wales jistgħu jaċċertaw it-tieni Grand Slam fi tliet tournaments b’rebħa fuq Franza, b’Wales diġa rebħu t-Triple Crown. Din kienet is-16 -il rebħa konsekuttiva għal Wales fuq l-Italja u b’hekk aċċertaw minn daominanza ta’ aktar minn 14-il sena fuq it-tim Taljan.

Rebħa drammatika għall-Ingilterra

L-Ingilterra kisbet rebħa ta’ 23-20 fuq Franza, bl-eroj għall-Ingliżi jkun Maro Itoje li permezz tat-try tiegħu l-Ingliterra kisbet rebħa tliet minuti mit-tmiem. Minkejja din ir-rebħa, xorta l-Ingliżi tilfu ċ-ċans li jirbħu dan it-titlu għat-tieni darba kosekuttiva hekk kif fil-partita li jmiss jilgħabu kontra l-Italja.