Lokali

Arroganza jew aġir ta’ bluha? – Tonio Borg

Il-gvern tilef ir-roadmap?

X’qed jiġri lil dan il-pajjiż, u x’qed jiġri lil dawk il-persuni li jinsabu fil-Gvern?

Ministru fil-Kabinett l-ewwel jipprova jbiddel u jemenda l-kostituzzjoni, u meta ma jarax iċ-ċans jikseb żewġ terzi tal-maġġoranza Parlamentari, jipproponi biex ibiddel it-tifsira tal-kostituzzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali b’permezz ta’ vot ta’ maġġoranza ta’ ħamsin fil-mija u vot.

Dan kien wieħed mill-punti li ġibed l-attenzjoni tiegħu eks Kummissarju Ewropew u eks Viċi Prim Ministru ta’ pajjiżna Tonio Borg f’artiklu fuq Times of Malta hekk kif tenna li l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil kien fetaħ inkjesta Maġisterjali dwar l-Egrant. Kellna wkoll episodju fejn il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ġab kopja tal-inkjesta Egrant u l-Kap tal-Oppiżizzjoni ma kellux. Jiġifieri Simon Busuttil ma kienx ingħata kopja tal-inkjesta, li kien fetaħ hu stess.

Tonio Borg qal li f’dan il-pajjiż ix-Xandir tal-Istat jagħżel li jxandar li l-klieb ta’ Lady Gaga, li kienu ntilfu, instabu, iżda jagħżel li ma jgħid xejn fuq dak li ntqal fil-Qorti fl-istess jum dwar allegazzjonijiet li qalu persuni li kienu ngħataw il-maħfra presidenzjali biex jgħidu l-verità.

Huwa saqsa, jekk din hux biss arroganza jew aġir ta’ bluha.