Mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi meta kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm, fejn il-Pulizija ġiet
infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm il-vittma, u Toyota Corolla,
li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara.
Iċ-ċiklista ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ambulanza ħadita lIsptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>