Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 268 każ pożittiv ġdid filwaqt li tilef ħajtu raġel ieħor ta’ 89 sena li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei, bit-total ta’ vittmi kaġun tal-COVID-19 issa tela’ għal 351.
Kien irraportat ukoll li fiequ 287 persuna oħra. B’hekk, it-total ta’ każi mill-bidu tal-pandemija s’issa hu ta’ 26,535, bil-każi attivi huwa dak ta’ 3,124.
Total ta’ 120,073 tal-ewwel doża tal-vaċċin ngħataw sal-bieraħ filwaqt li minn dan it-total, 39,099 kienu t-tieni doża.