Futbol Sport

Cristiano Ronaldo l-aqwa skorer ta’ kull żmien

(Ritratt: EPA)

Bil-hat-trick ta’ llum kontra Cagliari, Cristiano Ronaldo sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien hekk kif llum skorja s-770 gowl fil-karriera tiegħu, tlieta aktar minn dawk li skorja Pele.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, l-attakkant Portugiż ta’ 36 sena qal li filwaqt li din kienet il-ħolma tiegħu, ftit stenna li se jirnexxielu jagħmel dan. Ronaldo rringrazzja lil kull minn kien involut f’dan is-suċċess fuq bażi personali. Pele wkoll ħa l-okkażjoni biex jifraħ lil Ronaldo għas-suċċess tiegħu.