Sport Sport Ieħor

Garbine Muguruza tirbaħ l-Open ta’ Dubai

L-Ispanjola Garbine Muguruza rebħet l-Open ta’ Dubai biex rebħet l-ewwel titlu tagħha tad-WTA wara li kienet ilha ma tirbaħ titlu madwar sentejn. Muguruza, li għandha 27 sena, għelbet lit-tennista mir-Repubblika Ċeka Barbora Krejcikova 7-6 6-3, fl-ewwel titlu tagħha sa minn meta rebħet f’Monterrey f’April tal-2019.

F’kummenti wara l-partita Muguruza stqarret li tħossa ferħana li rebħet dan it-titlu wara li tilfet diversi finali, fejn qalet li l-logħba setgħet intrebħet miż-żewġ tennisti.