Futbol Sport

Ibrahimovic jista’ jkun tajjeb għal kontra Man Utd

Ibrahimovic jista’ jirritorna għal logħba mportanti li għandhom Milan fl-Europa League nhar il-Ħamis li ġej. Dan hekk kif sarulu it-testijiet mediċi li rriżultaw fil-pożittiv, biex b’hekk se jkun jista’ jitħarreġ u jipprepara mal-kumplament tat-tim għal din il-partita mportanti.

Milan se jkunu fl-azzjoni fis-Serie A aktar tard illejla fejn f’San Siro se jilqgħu lil Napoli fid-8.45pm. Min-naħa l-oħra nhar il-Ħamis se jilqgħu ukoll lil Manchester United fil-UEFA Europa League wara id-draw ta’ 1-1 li kisbu f’Old Trafford fl-ewwel leg.