Lokali

Il-Pandemija hija l-iktar ħaġa li qed tħasseb lin-nies-Editorjal MaltaToday

Filwaqt li l-każijiet tal- Covid-19 kull ma jmur qegħdin ikomplu jiżdiedu, il-pandemija tibqa’ l-iktar ħaġa li qed tħasseb lill-poplu Malti u Għawdxi.

Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-ġurnal MaltaToday fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu fejn ipparteċipaw aktar minn 649 persuna.

F’dan l-stħarriġ, 81.3 fil-mija qalu illi jinsabu mħassba fuq l-effetti li qed tħalli l-imxija tal-Covid-19. Ħareġ ukoll illi n-nisa huma iktar inkwettati mill-irġiel fuq il-pandemija.

Il-Covid qed iħasseb aktar il-pensjonanti milli dawk li għandhom bejn 16 u 35 sena.

Meta wiehed iħares lejn id-data miġbura… irriżulta wkoll li l-korruzzjoni f’pajjizna qed terga’ thasseb bi kbir lin-nies. Fil-fatt, wara l-pandemija, hija it-tieni l-iktar tema li qed tħalli lill-poplu Malti inkwetat u mħasseb. Bl-ambjent jigi ezatt wara l-korruzzjoni.