Il-Papa Franġisku, waqt diskors li għamel mit-tieqa tal-Vatikan, irrepeta s-sejħiet biex ‘in-naħat kollha’ involuti fil-konflitt tas-Sirja juru ftit sinjali ta’ rieda tajba ‘bil-għan li l-poplu Sirjan jibda jieħu ftit tat-tama wara snin twal ta’ gwerra’.
Il-Papa fakkar li s-Sirjani huma ‘imxebbgħin u għajjenin’ mill-gwerra u meta l-eżodu tas-Sirjani mill-pajjiż imkisser ma waqafx fl-aħħar xhur.
Filwaqt li dan il-poplu għadu qed jiffaċċja perikoli kbar kuljum, il-Papa – waqt l-indirizz tal-Anġelus lid-devoti miġburin fi Pjazza San Pietru (f’Ruma) — ħeġġeġ ukoll għal impenn ġdid u deċiżiv mill-komunità internazzjonali bil-għan li, ladarba jieqaf il-konflitt, is-soċjetà Sirjana tkun tista’ tirkupra minn kwalunkwe aspett, mhux l-anqas dak ekonomiku.
//= $special ?>