Il-Police Officers’ Union (POU) irreġistrat tilwima industrijali dan wara li baqgħu bla tweġiba dwar il-leave tal-kwarantina hekk kif bħalissa dan qed jinqata’ mis-sick leave u mhux mill-quarantine leave.
Il-Union tal-pulizija qalet li b’konsegwenza ta’ dan, qed jintilfu flus tal-Ħdud u allowances oħra. Il-POU qalet li mit-Tlieta li ġej fis-6am il-membri tagħha se jkunu qed jimxu ma’ dawn id-direttivi: biex ma tintlibisx ingravata, ma tintlibisx beritta u li l-pulizija jistgħu jħallu l-leħja.
Il-POU qalet li mhux qed teskludi li tkompli żżid id-direttivi f’każ li t-tilwima industrijali tibqa’ ma tissolviex.
//= $special ?>