Sport Sport Ieħor

Imut l-eks boxer Amerikan Marvin Hagler

Kmieni dalgħodu, tħabbret il-mewt tal-eks boxer Amerikan Marvin Hagler fl-eta’ ta’ 66 sena.

Hagler iddomina id-diviżjoni tal-middleweight fejn kien l-undisputed middleweight champion bejn l-1979 u l-1987, fejn eventwalment kien tilef it-titlu tiegħu b’mod kontroversjali kontra Sugar Ray Leonard. L-Amerikan iġġieled 67 darba u rebaħ 62 ġlieda, f’karriera ta’ erbatax-il sena, bi 52 minnhom ikunu mirbuħa b’ knockout.

Sadanittant, kienu bosta dawk li esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Marvin Hagler fuq il-midja soċjali, fosthom l-eks boxers Lennox Lewis u Oscar De La Hoya.