Fl-aħħar ġurnata tat-testijiet qabel nhar il-Ħadd jingħata bidu għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1, kien Max Verstappen li kiseb l-aħjar ħinijiet fil-provi li saru fiċ-ċirkwit tal-Bahrain. Ir-rookie Yuki Tsunoda spiċċċa bit-tieni l-aħjar ħin filwaqt li Carlos Sainz ta’ Ferrari spiċċa bit-tielet l-aqwa ħin, minkejja li sofra diversi waqfiet minħabba problema fil-hydraulic.
Kimi Raikkonen ta’ Alfa Romea spiċċa fir-raba’ posizzjoni filwaqt li ċ-champion renjanti Lewis Hamilton spiċċa fil-ħames post. Geroge Russell,Daniel Ricciardo u Sergio Perez temmew fis-sitt,seba’ u tmien post rispettivament. Fernando Alonso daħal fid-disa’ post filwaqt li Charles Leclerc ta’ Ferrari daħal mal-ewwel għaxra.
Fil-ħdax-il post spiċċa iż-żagħżugħ Lando Norris għal McLaren filwaqt li Pierre Gastly ta’Alpha Lauri spiċċa fit-tnax-il post. Is-sewwieq ta’ Alpine Esteban Ocon spiċċa fit-tletttax-il post filwaqt li Nikita Mazepin ta’ Haas kif ukoll sieħbu ta’ Haas ukoll Mick Schumacher spiċċaw fl-erbatax u l-ħmistax-il post rispettivament.
Diżappunt fit-tielet ġurnata tal-provi għal Valteri Bottas, Sebastian Vettel u Lance Stroll li spiċċaw fis-sittax, fis-sbatax u fit-tmintax-il post rispettivament.
//= $special ?>