Lokali

“L-aħħar xhur kienu lezzjoni tal-ħajja” – Robert Abela

“Dawn l-aħħar tnax-il xahar kienu esperjenza fil-verità tant sabiħa”.

“L-aħħar xhur kienu lezzjoni tal-ħajja”.

Dan kien bih il-mod kif Robert Abela ddeskriva l-aħħar sena tal-pandemija f’pajjiżna fejn fost qal li hu tgħallem ħafna minn din is-sena. Huwa qal dan meta kien qed ikun intervistat fuq l-istazzjon Laburista.

Matul din is-sena, sfortunatament, pajjiżna kompla jara żieda fil-każi kull meta l-Prim Ministru ta realtà falza tal-pandemija, bin-narrattiva tan-normalità, li ninsabu f’ġenna u li ċ-ċittadini għandhom joqgħodu fuq kliemu.

Fid-dawl ta’ dan Robert Abela ammetta li fl-aħħar tnax-il xahar il-Gvern Laburista kien reattiv għall-effetti tal-pandemija.

“Fl-istess waqt int qed tirreaġixxi għall-pandemija”

Intant il-Prim Ministru qal ukoll li fl-aħħar tnax-il xahar azzjonitu kienet mera ta’ dak li qalulu n-nies… prova jindika li d-deċizzjonijiet li ħa, jew in-nuqqas ta’ deċizzjoni tiegħu, kienu responsabiltà tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Il-mod kif imxejna ġurnata b’ġurnata huwa mera ta’ dak li qalulna n-nies”

Robert Abela qal li l-Gvern tiegħu huwa umli u mhux supperv.

“Irridu nifhmu kemm hija importanti l-umiltà, saqajna mal-art, nibqgħu nħobbu lin-nies”

Sadanitant sa issa għadu ma talab l-ebda skuża għall-messaġġi konfliġenti li għadda fl-aħħar xhur.