Il-Gvern tal-Istati Uniti ilu minn Frar jipprova jikkuntattja lir-reġim komunista tal-Korea ta’ Fuq, bil-kelliema f’Washington isostnu li l-amministrazzjoni fi Pyongyang ‘fl-ebda żmien ma provdiet tweġiba’. Il-Gvern tal-President Amerikan Joe Biden, fil-fatt, ipprova diversi drabi biex jistabbilixxi l-kuntatti mal-Korea komunista bil-għan li ‘ma teskalax it-tensjoni’ bejn il-pajjiżi.
It-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq titratta fuq kollox il-programmi tal-Koreani komunisti għall-iżvilupp tal-missili ballistiċi u għall-proġetti nukleari. Dan wara li ftit produċew riżultati t-taħditiet preċedenti dwar ‘il-problema’ bejn l-eks President Amerikan Donald Trump u l-Mexxej Korean komunista, Kim Jong-un – bil-Korea ta’ Fuq tirrifjuta li twarrab għall-armi nukleari.
Fl-istess ħin, l-istampa tal-Korea komunista għad trid ‘tirrikonoxxi’ li Joe Biden ilu għal dawn l-aħħar xhur il-President tal-Istati Uniti.
//= $special ?>