Futbol Sport

L-eks president tal-UEFA Michel Platini se jitressaq quddiem il-qorti fl-Iżvizzera

L-eks president tal-UEFA Michel Platini se jkun mressaq quddiem il-qorti Żvizzera fuq sensiela ta’ każijiet b’rabta mal-korruzzjoni.

F’wieħed mill-każijiet jinkludu iż-żewġ eks presidenti tal-FIFA u tal-UEFA Sepp Blatter u l-istess Michel Platini. Blatter u Platini huma akkużati li l-eks president tal-FIFA għadda pagament ta’ 2 miljun francs Żvizzeri lil Platini, bl-awtorizzazjoni tal-FIFA. Min-naħa l-oħra Platini qed jinsisti li din kienet storja ivvintata sabiex timmina l-kandidatura tiegħu għal president tal-FIFA.

Każ ieħor li huwa investigat fuqu huwa dwar it-Tazza tad-Dinja tal-Qatar tal-2022 fejn hemm akkużi ta’ ħasil ta’ flus u nuqqas ta’ mmaniġjar fost il-votanti. It-tielet akkuża hija marbuta ma’ każijiet ta’ korruzzjoni f’rights tat-televiżjoni, fejn b’rabta ma dan il-każ kienu ġew arrestati seba’ persuni fi Zurich fl-2015.