Lokali

“Il-każ tal-assassinju għadu mhux magħluq”- l-Editorjal tat-Times

“L-arresti ta’ Robert u Adrian Agius, magħrufa bħala ‘Ta’ Maksar’, flimkien ma’ Jamie Vella, li ġew arrestati tlett ġimgħat ilu, għamel lil Malta post aktar sigur.” – Hekk sosstniet t-Times of Malta fl-editorjal tagħha tal-Ħadd.

It-tlett persuni arrestati huma katalisti fiċ-ċirku kriminali u l-liberta’ tagħhom tirrifletti il-kultura ta’ impunita’ li kienet inkisbet f’Malta f’dawn l-aħħar snin.

Iżda ix-xhieda inkwetanti ta’ Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, li xehed fil-Qorti nhar il-Ħamis li għadda, wera li Malta hija ferm ‘il bogħod milli tkun pajjiż sigur mill-elementi kriminali li s’issa ħarbu l-ġustizzja.

Waqt l-ewwel xhieda tiegħu, Vince Muscat irrakkonta il-pjan bruttali biex jelimina lil Daphne Caruana Galizia, fejn issuġerixxa li joqtol lil Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba għad-detriment tal-qtil ta’ oħrajn li setgħu kienu qed jivvjaġġaw magħha. Aparti dan, l-iżjed fattur xokkanti fix-xhiedu tiegħu kien il-fatt li Vince Muscat semma uffiċjali ta’ profil għoli konnessi ma’ dan ir-reat u l-kopertura, fosthom l-eks Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u Chief of Staff Keith Schembri.

Vince Muscat identifika lil Cardona bħala is-sors prinċipali ta’ informazzjoni, fejn kien iltaqa’ ma’ Alfred Degiorgio, wieħed mill-persuni akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u għaddielu informazzjoni dwar fejn kienet qed tkun il-ġurnalista.

Muscat qal ukoll li Degiorgio irrefera għal l-Avukat David Gatt, eks assoċjat ta’ Cardona, fejn allegatament żar it-tinda tal-patata fil-Marsa u qal li Gatt sar jaf mingħand Keith Schembri dwar l-pjan, li kien iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Apparti dan, hemm biżżejjed evidenza li tirrifletti il-ħbiberija intima bejn Yorgen Fenech u Schembri. Biżżejjed wieħed isemmi li t-tnejn qattgħu żmien twil fuq it-telefon sagħtejn biss qabel ma’ fenech ġie arrestat hekk kif telaq bil-yacht tiegħu f’Novembru tas-sena 2019.

Il-Pajjiż issa jistenna biex jara kif il-pulizija sejrin jittrattaw l-aħħar dikjarazzjonijiet fil-qorti u jekk humiex konvinti mill-evidenza tax-xhud tagħhom stess. L-Editorja tat-Times sostniet li anke l-akbar xettiku jirrealizza li hemm raġunijiet biex il-Pulizija terġa’ tinvestiga kemm lil Cardona kif ukoll lil Schembri, talinqas talli kienu involuti f’kopertura tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ix-xhieda ta’ Muscat saħansitra wassal lil Lawrence Gonzi biex jikser is-silenżju fejn fuq Facebook post saħħaq li, “Jekk pajjiżna qed jipprova jsib xi forma ta’ fejqan, neħtieġu sforz kbir minn kulħadd biex nikxfu din il-kobba ta’ qerq darba għal dejjem”. Intant, il-bqija tal-pajjiż ma jistenna xejn inqas mill-awtoritajiet tagħna.