Raġel ta’ 42 sena li jgħix ir-Rabat, sofra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Sir Temi Żammit, L-Imġarr.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Alfa Romeo, misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti Ħal Lija, u mutur Yamaha, misjuq mill-vittma.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>