Lokali

Risk Assessments li ma fihom ebda dettalji u saru bla konsultazzjoni

Il-Gvern neħħa d-dikjarazzjoni tal-emerġenza tas-saħħa pubblika dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija fuq bażi ta’ Risk Assessments li ma fihom l-ebda dettalji. U dan filwaqt li ma saret l-ebda konsultazzjoni biex tittieħed din id-deċiżjoni.

Din l-informazzjoni ħarġet mill-portal ta’ Newsbook fejn wara pressjoni li saret, is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika ġiet ordnata legalment biex tagħti l-ghal  dawn ir-Risk Assessments.

Dan is-sit tal-ahbarijiet ifakkar kif f’Ġunju kienet tnehhiet l-Emergenza tas-Sahha Pubblika.

Izda d-dokument li fuqu…suppost…kienet ibbazata d-decizjoni li titnehha l-Emergenza Medika, ma jitkellimx dwar jekk l-azzjoni tat-tneħħija tal-emerġenza hux se tkun qed tħalli xi tip ta’ impatt fuq is-saħħa tal-Maltin. U dan minkejja li fl-aħħar xhur mit-tneħħija tal-emerġenza tas-saħħa pubblika rajna ‘l fuq minn 300 persuna li tilfu ħajjithom kaġun tal-virus.

Barra n-nuqqas ta’ informazzjoni, ma jidher li ngħata l-ebda parrir dwar din l-azzjoni… kemm parir intern, kif ukoll parir minn esperti ohra. Biex issa pajjizna spicca f’sitwazzjoni fejn dhalna f’lockdown ieħor.

Il-Gvern issa qed jiklassifika fis-sitt post fid-dinja bl-għola każi pożittivi ta’ Covid-19.