Sport Sport Ieħor

Sasha Gatt u Adele Muscat fl-20 programm ‘Sport Extra’

llum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 20 mis-serje SPORT EXTRA . Fl-ewwel parti tal-programm enfażi hija fuq l-għawm u dak li qed twettaq SASHA GATT l-aktar wara r-record nazzjonali li kisbet u l-fatt li ftit tax-xhur ilu kisbet il-kwalifika għall-Olimpijadi ta’ Tokyo 2021 . Charles Camenzuli ntervista wkoll lil kowċ tagħha IOAN STAN CATALIN li ma baqax lura milli jkun ottimist li Sasha Gatt tiflaħ tiżviluppa aktar fuq dak li wettqet sa issa.

It-tieni parti tal-programm hija dedikata għal psikoloġija tal-isport li huwa settur importanti fil-qafas tal-preparazzjoni tal-atleti. Mistiedna fil-programm DR. ADELE MUSCAT meqjusa bħala d-dekan f’dan is-settur apparti li hija wkoll lecturer fl-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech.