Formula 1 Sport

“Van Dijk u Gomez b’possibilità li jitilfu l-EURO 2020” – Jurgen Klopp

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp stqarr li huwa diffiċli ferm li ż-żewġ difensuri ċentrali Virgil Van Dijk u Joe Gomez ikunu disponibbli għal pajjiżhom fl-EURO 2020 li se jsiru is-sajf li ġej.

Van Dijk kellu jagħmel operazzjoni wara li sofra injury fil-ligament ta’ rkupptejh aktar kmieni f’Ottubru. Min-naħa l-oħra Joe Gomez weġġa meta kien mal-iskwadra nazzjonali tal-Ingilterra, fejn kellu jopera tendon fl-irkoppa tax-xellug. Klopp saħaq li għalkemm Van Dijk qiegħed jitrenja u diġa beda jiġri, huwa diffiċli li jagħmilha għal Kampjonati Ewropej mat-tim nazzjonali Olandiż. Għal Joe Gomez it-triq hija aktar diffiċli għaliex għadu ma bediex jiġri.

Wara r-rebħ tal-Premier League Ingliż l-istaġun li għadda, Liverpool sabuwha diffiċli biex jiddefendu dan it-titlu, fejn bħalissa jinsabu fit-tmien post tal-klassifika, b’ħafna jqiesu it-telfa ta’ dawn iż-żewġ difensuri bħala kawża ta’ din il-forma negattiva fil-kampjonat. Flimkien ma’ Gomez u Van Dijk, Liverpool kellhom diversi injuries oħra għal plejers importantni fosthom Joel Matip, Jordan Henderson u Thiago Alcantara.

Ikkummenta