Internazzjonali

Aktar pajjiżi jissospendu l-vaċċin tal-AstraZeneca

Matul il-jum tat-Tnejn il-Ġermanja, Franza u l-Italja ssospendew it-tilqima tal-AstraZeneca wara rapporti ta’ każi ta’ trombożi madwar l-Ewopa – dan minkejja r-rassigurazzjoni kemm minn naħa ta’ WHO kif ukoll mill-kumpanija stess.

Ir-regulaturi f’dawn il-pajjiżi saħqu li ser ikunu qed iwaqqfu temporanjament it-tqassim ta’ din it-tilqima kontra l-Covid-19 bħala prekawzzjoni sakemm jiġu finalizzati l-investigazzjonijiet dwar il-każi rrapportati.

Din hija it-tieni darba f’temp ta’ xahrejn li dan il-vaċċin spiċċa taħt il-lenti tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea.