Sport Sport Ieħor

Anthony Joshua u Tyson Fury jiffirmaw kuntratt ta’ żewġ ġlidiet

Iż-żewġ boxer heavyweight, Anthony Joshua u Tyson Fury iffirmaw kuntratt ta’ żewġ ġlidiet hekk kif ġlieda għat-titlu heavyweight qegħda dejjem fil-qrib.

Dan kien konfermat mill-promotur ewlieni ta’ Anthony Joshua, Eddie Hearn. Joshua li għandu 31 sena bħalissa qed iżomm it-tiltu WBA, WBO u IBF filwaqt li Fury ta’ 32 sena għandu t-titlu WBC.

Hearn ikkonferma li qed jippruvaw biex l-ewwel ġlieda ssir x-xahar li ġej fejn kien hemm offerti minn madwar id-dinja biex jospitaw din il-ġlieda. Din il-ġlieda se tara erba’ ċinturini li se jkunu kkontestati fejn din hija ħaġa li qatt ma saret qabel.