Lokali

“Ċaħħadtu bniedem mimli għomor milli jieħu l-vaċċin” – jitkellem qarib ta’ vittma tal-Covid-19

“Dak l-anzjan huwa n-nannu tiegħi, li ċaħduh milli jieħu l-vaċċin – ċaħħadtu bniedem mimli għomor”

Hekk sostniet persuna fuq il-midja soċjali mat-tħabbira uffiċjali tal-mewt tan-nannu tiegħu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa tul il-jum tal-Ħadd, it-351 fatalita tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Din il-persuna insistiet li l-Gvern ċaħdu mid-dritt sagrosant tiegħu filwaqt li għamel ċara l-inkredulità tiegħu kif persuni li ilhom mejta ‘il fuq minn 20 sena qed jibgħatulhom stediniet biex imorru jitlaqmu u lil nannuh ta’ 89 sena baqgħu ma qalulu xejn.

Dan filwaqt li ntqal li sforz in-negliġenza ta’ uħud dan ir-raġel spiċċa ma tlaqqamx u sussegwentament ittestja pożittiv u sfortunatament miet ftit tal-jiem wara, “issa it-trab se jgħattiha n-negliġenza tagħkom”.