Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu 3 persuni – 213 każ ġdid

Huma 213 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 26,748.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ħadd u t-Tnejn tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 3 persuni; 2 nisa ta’ 69 u 82 sena kif ukoll raġel ta’ 84 sena – ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 354.

Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 316 – bit-total ikun dak ta’ 23,376.

B’hekk il-każi attivi issa qed jammonta għal 3,018.

Sal-Ħadd it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 39,695.