Franċiż ta’ 28 sena ġie mmultat €800 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li meta kien jitlaq lura lejn pajjiżu, ppreżenta riżultat ta’ test tal-COVID-19 li kien falsifikat.
Fernandes Thomas Sylvestre qal li jiddispjaċih għal dak kollu li għamel iżda l-problema kienet li huwa ried jitlaq lejn Franza, u r-riżultat tat-test dam ma ħareġ.
Qal li huwa ġie għall-btala f’Malta u li kien se jitlef it-titjira għal pajjiżu, kif fil-fatt ġara għax inqabad bit-test iffalsifikat bl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro. Għall-Franċiż deheret l-Avukat Charmaine Cherrett.