Internazzjonali

“Ebda evidenza ta’ problemi relatati mal-vaċċin tal-AstraZeneca” – WHO

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa saħqet li ma hemm l-ebda evidenza li l-każi ta’ trombożi qed jiġu kkawżati mit-tilqima tal-AstraZeneca.

WHO saħqu li qed tinvestiga r-rapporti relatati mal-vaċċin madanakollu insistiet li t-tilqima tkompli tingħata.

Dan kollu wara li l-Ġermanja ngħaqdet ma’ diversi pajjiżi Ewropej, fejn waqfet temporanjament it-tilqim ta’ dan il-vaċċin bħala prekawzjoni.

Minkejja t-tħassib rigward dawn l-inċidenti l-esperti saħqu li l-każi ta’ trombożi rrapportati m’humiex aktar minn dawk rapportati normalment.