Wara li l-Ministru tal-Anzjani Michael Farrugia qalilna li l-anzjani ma jaqgħux taħtu, issa anke l-Ministru tal-Familja Michael Falzon qalilna l-istess diskors.
Net News kien qed jistaqs lill-Ministru Falzon, li taħtu jaqgħu il-familji Maltin, għaliex għad hemm ħafna familji ta’ anzjani ‘l fuq minn 70 sena li għadhom mhux biss ma ngħatawx il-vaċċin, imma saħansitra għadhom lanqas biss irċevew l-appuntament.
Iżda l-Ministru Falzon ma kellux informazzjoni dwar kemm familji anzjani għadhom qed jistennew.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet qed tingħata mill-Ministru Falzon flimkien mal-Ministru Julia Farrugia Portelli, staqsejna wkoll lill-Ministru responsabbli mill-inklużoni dwar persuni vulnerabbli li għadhom qed jistennew il-vaċċin.
Għal dan, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li persuni vulnerabbli li qegħdin irreġistrati mal-aġenzija sapport qed jirċievu l-vaċċin, iżda persuni oħra li mhumiex, iridu jistennew l-istedina tagħhom mill-Ministeru tas-Saħħa.
Dan kollu fl-isfond ta’ nuqqas ta’ trasparenza ċara dwar kif qed isir ir-rollout tat-tilqim, b’mijiet ta’ persuni li diġà ħadu l-vaċċin jirċievu t-tielet u r-raba appuntamnet, u anzjani ta’ l fuq minn 80 sena li suppost diġà ħaduh u li għadhom jistennew.
//= $special ?>