L-artisti nisa ddominaw għal kollox is-serata tal-Grammy Awards.
Taylor Swift… Beyoncè… Cardi B… Billie Eilish…. Mega Thee Stallion u Dua Lipa huma biss ftit mill-artisti femminili li spikkaw fix-xena tal-ispettaklu tul is-sena li għaddiet… u li l-Ħadd filgħaxija sarrfu dan is-suċċess f’awards.
Il-kanzunetta ‘Everything I Wanted’ ta’ Billie Eilish rebħet il-kanzunetta tas-sena.. ‘Folklore’ ta’ Taylor Swift ħa l-album tas-sena.
Best Vocal Album mar għand Dua Lipa bi ‘Future Nostalgia’ …..u serata indimentikabbli żgur għall-artista Megan Thee Stallion li mhux biss rebħet Best Rap Performance bil-famuża ‘Savage’… iżda li ngħatat ukoll l-unur ta’ Best New Artist.
Bil-lirika ta’ ‘I Can’t Breathe’, id-duo H.E.R. rebħu l-unur tad-diska tas-sena u Miranda Lambert ħadet Best Country Album b’Wildcard.
Best duo mar għand Lady Gaga u Ariana Grande bil-kanzunetta ‘Rain On Me’.
Minn naħa tagħha, Beyoncè ħadet Best R&B performance bi Black Parade u Best Music Video bi Brown Skin Girl.
Waqt li kienet qed tirċievi it-28 award tagħha għal Black Parade…. Beyoncè qalet li permezz ta’ din il-kanzunetta, hija riedet tinkoraġġixxi u tiċċelebra il-personalitajiet suwed li ispiraw lilha u lill-kumplament tad-dinja.
Il-pandemija li ħakmet id-dinja kollha fissret li t-63 edizzjoni tal-Grammys kellha ssir b’mod virtwali, bil-biċċa l-kbira tas-serata tixxandar mil-Los Angeles Convention Centre.
//= $special ?>