Coronavirus Lokali Saħħa

Il-ħaddiema taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm protagonisti fil-proċess tat-tilqim

L-infermiera taċ-Ċentru tal-għoti tad-demm fi G’Mangia mit-Tnejn filgħodu bdew jgħinu fil-proċess tat-tilqim. Proċess li issa ilu għaddej minn Diċembru u li permezz tiegħu irid jitlaqqam il-poplu Malti kollu.

F’xahrejn u nofs s’issa tlaqqmu anqas minn 40,000 persuna b’ mod sħiħ.

Net News tkellem ma’ Caroline Cassar, waħda mill-infermieri li qed tgħin f’dan il-proċess u li spjegatilna xi preparazzjoni ssir minħabba li l-vaċċin ma jistax jibqa’ barra mill-fridge għal ħafna ħin.

Caroline Cassar appellat lil dawk li jkunu sejrin jieħdu l-vaċċin biex jilbsu ilbies komdu, sabiex ikun aktar faċli biex tingħatalhom it-tilqima.

Il-proċess f’dan iċ-ċentru jidher li miexi b’ritmu tajjeb.

Intant staqsejna lid-Direttur taċ-Ċentru tad-Demm, it-Tabib Alex Aquilina, jekk l-għoti tad-demm baqax għaddej b’ritmu tajjeb anke f’dawn ix-xhur tal-pandemija.

Alex Aqiulina qal li l-provvista baqgħet konsistenti u li tista’ tlaħħaq mal-bżonnijiet fl-isptarijiet u l-kliniċi tagħna.