Lokali

Il-Kabinett għadu ma ddiskutiex il-kollass fis-sistema tal-contact tracing

Il-frontliners li ilhom jaħdmu qatigħ sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkun salvawardjat minn din il-pandemija li ilu jħabbat wiċċu magħha għal aktar minn 12-il xahar jinsabu taħt pressjoni qawwija.

B’mod partikolari dawk li jaħdmu fid-dipartiment tal-contact tracing …..hekk kif inevitabbilment aktar ma jiżdiedu l-każi, ‘il fuq minn 4,000 każ ġdid matul dan ix-xahar biss, aktar qed jiżdied il-piż fuq dawn il-ħaddiema – bil-konsegwenza li qed jiġi rrapportat li dan il-proċess waqa’ lura b’numru ta’ ġranet.

Madanakollu t-Tnejn filgħodu l-Ministru Josè Herrera kkonferma ma’ Net News li l-Kabinett għadu ma ddiskuthiex dan il-kollass fil-contact tracing.

Wara ż-żieda qawwija ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 ankè kawża għall-firxa lokali tal-varjant Ingliż, fl-aħħar jiem infetħet is-6 ITU biex ilaħħqu mad-domanda tal-pazjenti li qed jiġu rikoverati…. u sal-Ġimgħa, l-Professur Charmaine Gauci qalet li kien hemm ‘il fuq minn 240 persuna jingħataw il-kura fl-isptarijiet lokali.

Ras għal ras din iż-żieda fil-każijiet tpoġġi lil Malta f’sitwazzjoni agħar minn pajjiżi bħall- Italja, Stati Uniti, Brażil, Renju Unit u Spanja.

Affacjat bid-domandi ta’ Net News…. il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ikkonferma li għad m’għandux strateġija għas-Sajf li ġej.

It-Tnejn, l-iskejjel reġgħu għalqu b’mod fiżiku ….u qalbu s-sistema għal tagħlim online…bil-Ministru Justyne Caruana ma teskludix li dan l-għeluq jiġi estiż wara l-11 ta’ April.