Il-Viċi-President tal-MFA, Matthew Paris waqt li kien intervistat fuq programm televiżiv fuq l-istazzjon nazzjonali, kkonferma li wara taħdidiet mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika l-partita bejn Malta u Russja se tintlagħab kif sekdat f’pajjiżna jiġifieri fl-24 ta’ Marzu fid-8.45pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Dan wara li s-Supritendent tas-Saħħa Publikka Charmaine Gauci, eżerċitat id-dritt tagħha li jeżisti fil-legal notice fejn jgħid li s-Supritendent tas-Saħħa tista’ tagħti permess f’ċirkostanzi eċċezzjonali li tim nazzjonali jilgħab partita internazzjonali.
Il-players kollha li huma msejjħa mill-kowċ Devis Mangia għall-partiti li ġejjin matul dan ix-xahar bħalissa jinsabu miġburin kollha f’bubble sabiex ikun assigurat li l-ebda player jew membru tal-istaff tekniku ma jkun infettatt bil-virus.
//= $special ?>