Il-Pawlisti flimkien mal-futbol Malti jinsabu f’luttu wara li dalgħodu qamu maħsuda bl-aħbar tat-telfa tal-President ta’ Hibernians Tony Bezzina.
Tony Bezzina ta’ 72 sena, kien ilu 43 sena fil-kariga ta’ President ta’ Hibernians fejn il-klabb ta’ Hibernians kiseb diversi suċċessi taħt it-tmexxija tiegħu. Hu kien inħatar President tal-klabb fis-6 ta’ Ġunju tal-1973.
Fl-2019, Bezzina kien rikonoxxut għax-xogħol tiegħu fil-futbol lokali, meta ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Reppublika. Tony Bezzina kien maħbub ferm fost il-partitraji Pawlisti fejn fi kliem ħafna jibqa’ mfakkar bħala president ta’ rispett li dejjem baqa’ wara t-tim tiegħu.
Net News jinaqgħad ma’ bosta u jesprimi is-solidarjeta’ mal-qraba u l-ħbieb ta’ Bezzina f’dan il-mument diffiċli.
Fost l-entitajiet li esprimew il-kondoljanzi għall-mewt ta’ Tony Bezzina kien il-Partit Nazzjonalista li, fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli, qal li din hi telfa kbira għall-isport lokali.