Futbol Sport

Inċident ikrah fil-partita bejn Wolves u Liverpool

(Ritratt: EPA)

Rebħa minima għal Liverpool barra minn darhom ta’ 1-0 kontra Wolves temmet b’xi mod serje ta’ riżultati pjuttost negattivi .B’dan ir-riżultat it-tim ta’ Jurgen Klopp tela’ fis-sitt post fil-klassifika b’46 punt daqs Everton. Wolves b’din it-telfa baqghu fit-13 il-post b’35 punt.

F’mument meta kollox deher li l-ewwel taqsima kienet ser tintemm bla gowls, fit-tieni minuta tal-ħin miżjud, minn azzjoni ta’ Sado Mane’ kien DIOGO JOTA li għeleb lil Rui Patricio u poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ. Riżultat li baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita.

Fid-90 minuta Conor Coady daħal bl-irkoppa fuq ras Rui Patricio f’tentattiv biex ikun ostakolat tentattiv ta’ Mohamed Salah. Ir-referee Craig Pawson waqqaf il-partita b’Wolves li kienu gia wettqu tlett sostituzzjonijiet ingħataw id-dritt li John Ruddy jieħu post Patricio minħabba l-gravita’ tal-incident. Riżultat ta’ dan ingħataw xejn anqas minn dsatax il-minuta fuq il-ħin normali li matulhom Liverpool żammew il-vantaġġ minimu.